Titħabbar il-mewt tal-eks MP tal-PN Louis Refalo

NET News

Tħabbret il-mewt tal-eks Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Louis Refalo.

Fi stqarrija, il-PN qal li l-eks Deputat Għawdxi tiegħu miet fl-età ta’ 69 sena. Intqal li Refalo se jibqa’ imfakkar bħala ġentlom u umli li dejjem kien lest li jagħti servizz lill-poplu bi tbissima.

Louis Refalo serva bħala Deputat tal-PN fil-Parlament bejn l-1981 u l-1996 u mexa fuq il-passi ta’ missieru Carmelo Refalo li wkoll kien Deputat tal-PN. Louis Refalo kien ukoll Direttur fis-Sea Malta u fil-Freeport.