Imut Fredu Zahra mid-Dar tal-Providenza

Facebook - Dar tal-Providenza

Id-Dar tal-Providenza ħabbret il-mewt ta’ wieħed mir-residenti tagħha Fredu Zahra.

F’post fuq Facebook id-Dar tal-Providenza ddiskreviet lil Fredu bħala persuna edukata ħafna ħabrieki, ċajtier u preżenza sabiħa għal kull min kien jafu.

Fredu kien kollezzjonist tal-brieret u fl-2010 huwa kien iltaqa’ ma’ Gilbert Agius u preżentalu beritta kommemorattiva tat-tliet rebħiet tal-Belt Valletta.  

Il-funeral ta’ Fredu se jsir it-Tnejn li ġej fil-Kappella tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi fit-3pm.