Titħabbar il-mewt ta’ Alexander Cachia Zammit

Tħabbret il-mewt tal-eks Ministru Nazzjonalista, Alexander Cachia Zammit li miet fl-età ta’ 89 sena.
Cachia Zammit twieled Birżebbuġa iżda l-karriera politika tiegħu hija assoċjata mal-lokalità taż-Żejtun.
Huwa kkontesta b’suċċess l-ewwel elezzjoni ġenerali fl-1955 sakemm irtira mill-politika fl-1987.
Apparti li serva wkoll bħala Ambaxxatur, Cachia Zammit kien ukoll President tal-Banda Beland fiż-Żejtun.
Fuq Facebook, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sellem lil Cachia Zammit filwaqt li għadda l-kondoljanzi lill-familja.