Titħabbar il-kumpanija l-ġdida tal-ajru f’Malta

Read in English.

L-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni ta’ Ryanair Michael O’Leary qal li hekk kif il-kumpanija l-ġdida mistennija tikber, aktar nies se jsiru jafu bil-Malta Air. O’Leary u l-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi kienu iwieġbu l-mistoqsijiet tal-midja wara konferenza stampa fejn fiha Ryanair Holdings ħabbret li qablet li tixtri l-kumpanija tal-ajru Malta Air. Ryanair se jkun qed imexxu u jkabbru l-flotta tal-ajruplani bbażata f’Malta b’6 inġenji tal-ajru B737. B’hekk ġiet stabbilita kumpanija ġdida tal-ajru f’Malta.

Ryanair akkwistat formalment l-ishma tagħha f’sussidji speċifikament stabbiliti minn Malta Air Travel Ltd (Malta Med Air). Malta Air Travel kisbet iċ-Ċertifikat Operattiv tal-Ajruplani (AOC) tagħha wara l-iffirmar tal-ftehim.