Titħabbar il-korjografa ta’ Michela għall-Eurovision

Il-korjografa Ambra Succi għandha rwol kruċjali fir-rappreżentazzjoni tal-kantanta Maltija Michela Pace fil-Eurovision Song Contest, peress li se tkun il-korjografa tagħha.

Hija ħabbret fuq il-midja soċjali li hi l-korjografa u d-direttriċi artistika taż-żagħżugħa Maltija meta hi tkanta Chameleon. Qalet li kuntenta ħafna li fl-aħħar tista’ taqsam din l-aħbar mas-segwaċi tagħha.

Succi hija magħrufa internazzjonalment għat-talent tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ żfin u preżentazzjoni fuq il-palk. Ambra Succi rebħet bosta titli u kienet il-moħħ wara l-preżentazzjoni tad-diska rebbieħa ta’ Loreen, Euphoria, fil-Eurovision tal-2012.

After an exciting week in Sweden, I'm glad to announce that for our Chameleon live performance, I will be working with…

Posted by Michela on Friday, April 12, 2019