Titħabbar id-data tal-logħba ta’ City kontra West Ham

Il-logħba ta’ Manchester City f’darhom kontra West Ham se tkun qed tintlagħab l-Erbgħa 19 ta’ Frar fis-7:30pm (GMT).  

Il-logħba kellha tintlagħab oriġinarjament nhar il-Ħadd 9 ta’ Frar. Iżda l-kundizzjonijiet tat-temp previst m’għamiliex possibbli li tintlagħab. Issa se tun qed tintlagħab fl-istess ħin ma wħud mil-logħob tal-aħħar 16 taċ-Champions League.

Din se tkun l-ewwel logħba għal City mindu tilfu kontra Tottenham 2-0 fit-2 ta’ Frar.

West Ham se jkunu qed jilgħabu din il-logħba wara li kienu baqgħu 3-3  kontra Brighton nhar l-ewwel ta’ Frar.

It-tibdil fid-dati biddel iż-żmien ta’ meta kellhom jieqfu għall-btajjel tax-Xitwa. Dan kellu jkun bejn id-9 ta’ Frar u t-22 ta’ Frar, iżda issa se jkollhom jibdew fid-19.