Titħabbar id-data tal-funeral tar-raġel li waqa’ l-Ħamrun

Emanuel Grech, ir-raġel li tilef ħajtu f’kumpless tax-xiri fil-Ħamrun se jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt li ġej.

Il-funeral se jsir fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan fid-8.45 am.

Grech miet nhar it-Tlieta wara li waqa’ 2 sulari fil-kumpless tax-xiri Daniel’s fil-Ħamrun għall-ħabta tat-8.00am. Ir-raġel ta’ 65 sena minn Ħaż-Żebbuġ kien qed jagħmel xi xogħol meta waqa’ żewġ sulari għal ġol-parkeġġ tal-kumpless. Hu miet fuq il-post.

“Miet quddiemi, ma stajt nagħmel xejn”

Ibnu Matthew qal fuq Facebook li ra lil missieru jaqa’ għal mewtu quddiem għajnejh. F’messaġġ mimli dieqa, Matthew spjega kif ma jistax ineħħi l-inċident fatali ta’ missieru minn quddiem għajnejh u sostna l-frustrazzjoni li ħass meta nduna li ma seta’ jagħmel xejn biex isalvah.

Filmat: Raġel imut wara li waqa’ 2 sulari fil-Ħamrun