Titħabbar id-data tal-funeral ta’ Tony Borg

Tħabbret id-data li fiha se jingħata l-aħħar tislima Tony Borg, Għawdxi magħruf għas-servizz kontinwu li kien jagħti lill-Għawdxin.

Filmat: Ġentlom li dejjem għen bla daqq ta’ trombi

Kien ibnu Alex li fuq Facebook kiteb li l-funeral ta’ missieru se jsir nhar il-Ħamis li ġej, 3 ta’ Jannar fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fl-4pm.

Tony Borg, li għal 15-il sena kien jaħdem fis-Segretarjat tal-eks Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, tilef il-battalja tiegħu mal-kanċer li affaċċja b’kuraġġ u b’determinazzjoni għal sitt snin u nofs sħaħ. Dan minkejja li fil-bidu t-tobba qalulu li kien se jmut fi ftit xhur. Saħanistra, fiż-żmien li  kien marid, Tony prova jkun ta’ għajnuna għall-oħrajn.