Titħabbar id-data tal-funeral ta’ Rebecca Zammit Lupi

Facebook / Darrin Zammit Lupi

Read in English.

Rebecca Zammit Lupi, it-tfajla ta’ 15-il sena li lbieraħ tilfet il-battalja tagħha kontra l-kanċer, se tingħata l-aħħar tislima nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan. Il-quddiesa tal-funeral se ssir fid-9am u se tkun immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Dan tħabbar minn missier it-tfajla, il-fotografu Darrin Zammit Lupi, li fl-aħħar jiem aġġorna bla waqfien dwar l-istat li kienet fih bintu.

Huwa spjega li minħabba r-restrizzjonijiet kontra l-Covid-19 hemm numru limitat ta’ kemm jistgħu jattendu persuni għall-funeral u għalhekk in-nies li jistgħu jattendu se jiġu kkuntattjati mill-membri jew ħbieb tal-familja b’mod personali.

Appella dwar l-importanza li jintlibsu l-maskri fil-knisja u li tinżamm id-distanza soċjali. Se tittieħed it-temperatura ta’ kull min jattendi u se jkun hemm lista bl-ismijiet biex jiġi aċċertat min jidħol fil-knisja.

Iċ-ċerimonja tal-funeral se tixxandar b’mod dirett fuq Newsbook.com.mt.