Titħabbar id-data tal-funeral ta’ Patri Victor

Balluta Parish

L-Erbgħa l-1 ta’ Lulju se tkun qiegħda tingħata l-aħħar tislima lil Patri Victor Enriquez O.Carm, Il-Funeral se jsit fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta fid-9.30am.

Patri Enriquez tilef ħajtu l-Erbgħa li għadda wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum. Huwa ttella’ mill-baħar minn xi persuni li kienu fl-akkwati meta nnutawh wiċċu ‘l isfel fl-ilma

Patri Victor Enriquez ingħata l-ewwel assistenza minn tim mediku tal-Isptar Mater Dei, iżda huwa tilef ħajtu u ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Patri Victor vita ta’ messaġġi u kummenti bdew iduru fuq il-mezzi soċjali bħala tislima.