Titħabbar id-data tal-funeral ta’ Chantelle Chetcuti

L-omm li nqatlet mill-eks sieħeb tagħha nhar il-Ħadd li għadda se tingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt li ġej.

Il-funeral tagħha se jsir is-Sibt fil-Knisja Għajn Dwieli f’Raħal Ġdid fis-2pm. Id-difna se ssir imbagħad fiċ-ċimiterju ta’ Ħal Safi, fejn il-vittma kienet toqgħod mal-eks sieħeb tagħha u ż-żewġ uliedhom.

L-eks sieħeb tagħha tressaq il-qorti llum, fejn wieġeb mhux ħati li wettaq l-omiċidju ta’ Chantelle Chetcuti, kif ukoll b’pussess ta’ droga. Il-każ seħħ il-Ħadd għall-ħabta tat-8pm fi Triq il-Kbira f’Ħaż Żabbar.

Il-vittma kellha 34 sena.