Titħabbar id-data tal-funeral ta’ Bryant u bintu

Lakers at Wizards 12/3/14

Tħabbar meta l-leġġenda tal-basketball Kobre Bryant u bintu Gianna se jingħataw l-aħħar tislima. Is-servizz se jsir fl-24 ta’ Frar ġewwa Los Angeles Staples Center. Dan ġie żvelat minn Los Angeles Times. S’issa għadu ma kienx hemm aħbar b’mod formali, u l-ħin għadu mhux magħruf.

Fl-istess post kienu saru ċ-ċerimonji ta’ Michael Jackson u Nipsey Hussle.

Id-data tal-24 ta’ Frar hija waħda simbolika għal Bryant minħabba li kien jilgħab bin-numru 24 u simbolika wkoll għal bintu li kienet tilgħab bin-numru 2. Il-funeral se jaħbat bejn żewġ logħbiet tal-Lakers.

Bryant, bintu u seba’ oħra mietu wara li l-ħelikopter li kienu fuqu waqa’ f’California.