Titħabbar id-data tal-ftuħ tal-kumpless Zara

Google Street View

Il-kumpless Zara, li għal dawn l-aħħar xhur fih kien għaddej xogħol ta’ tisbiħ u rinnovar, se jiftaħ nhar l-Erbgħa 28 ta’ Novembru.

Dan ifisser li sa ħmistax oħra, inti tista’ żżur dan l-istabbiliment li se jkun maqsum fuq ħames sulari differenti. Rappreżentant ta’ Zara kien ikkwotat jgħid li s-sulari se jkunu mqassmin tnejn għan-nisa, wieħed għall-irġiel, ieħor għat-tfal u sular ieħor dedikat għal Zara Homes.

L-istabbiliment jinsab fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema, propju fejn kien hemm iċ-ċinema Alhambra. Il-proġett huwa deskritt li se jkun wieħed mill-akbar stabbilimenti ta’ Zara fl-Ewropa.

Il-proġett tal-espansjoni kien stmat li jiswa mal-€4.2 miljun bi spazju ta’ 4,400 metru kwadru.