Titħabbar id-data tal-ftuħ tal-applikazzjonijiet għall-Istitut Sir MA Refalo Sixth Form

L-Istitut Sir Michelangelo Refalo Sixth Form t’Għawdex ser ikun qed jilqa’ fi ħdanu lill-istudenti prospettivi biex jirreġistraw onlajn għall-korsijiet offruti minnu.

Fi stqarrija l-Istitut qal li l-applikazzjonijiet se jiftħu minn nhar it-Tnejn 10 ta’ Awwissu, 2020 sa nhar il-Ħamis 10 ta’ Settembru, 2020.

Għal aktar informazzjoni l-pubbliku jista’ wkoll jidħol fuq is-sit tal-Istitut smarsf.edu.mt fejn jista’ jsib il-prospectus li jinkludi fih ukoll il-korsijiet tal-academiaplus.

Il-kotba għas-sena akkademika 2020-2021 ser ikunu disponibbli għal-bejgħ fil-librerija ta’ l-Istitut li se tkun miftuħa mit-tnejn sal-Ġimgħa mit-8.30am sal-11.30am.