Titħabbar id-data ta’ meta se jsir iċ-Ċensiment li jmiss

view of maltese narrow streets with balconies and cathedral in Sliema city in day, Malta

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ħabbar li ċ-Ċensiment li jmiss se jsir fl-10 ta’ Ottubru 2021.

Fi stqarrija bl-Ingliż l-NSO qal li ċ-Ċensiment huwa proġett nazzjonali li jsir kull għaxar snin biex jinstab kemm hemm residenti permanenti f’Malta. L-edizzjoni tal-2021 se tkun it-18 il-ċensiment ta’ Malta mill-1842.

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien ħatar lil Etienne Caruana biex iservi bħala l-Uffiċjal taċ-Ċensiment f’Ottubru tal-2019. Caruana ħatar lil Silvan Zammit u lil Matthew Zerafa biex ikunu d-deputati tiegħu.

Iċ-Ċensiment tal-2021 se jkun qed jevalwa popolazzjoni stmata li hija ta’ nofs miljun persuna.

L-NSO fetaħ konsultazzjoni pubblika dwar il-proġett. Il-konsultazzjoni tibqa’ mituħa sal-31 ta’ Mejju 2020. Kummenti bil-miktub jistgħu jintbgħatu lil populationcensus.nso@gov.mt.

Iċ-Ċensiment tal-2011 kien sab li hawn 114,006 persuna single f’Malta.