Titħabbar elezzjoni każwali għas-siġġu Ewropew ta’ Miriam Dalli

Miriam-Dalli
Miguela Xuereb

Read in English.

Bħal-lum ġimgħa għandu jkun hemm elezzjoni każwali għas-siġġu mbattal fil-Parlament Ewropew ta’ Miriam Dalli, li ġiet co-opted fil-Parlament Malti aktar kmieni dan ix-xahar.

Dalli u Clyde Caruana ġew co-opted fid-19 ta’ Ottubru, biex jieħdu post l-eks prim ministru Joseph Muscat u d-deputat Etienne Grech, li rriżenjaw is-siġġu.

Dalli kienet waħda mill-4 Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista li ġew eletti fost 14 kandidati fl-elezzjoni tal-2019, flimkien mal-eks Prim Ministru Alfred Sant, Josianne Cutajar u Alex Agius Saliba.

B’hekk 10 kandidati Laburisti huma eliġibbli jipparteċipaw fl-elezzjoni kawżali.

Minnhom kollha, l-aktar li kien irċieva voti kien Cyrus Engerer, li rċieva 5,394 vot fl-ewwel għadd. Warajh kien hemm James Grech (2,530 vot), Josef Caruana (2,308), Joseph Mario Sammut (1,747), Felix Busuttil (1,189), Noel Cassar (1,182), Lorna Vassallo (729), Mary Gauci (713), Robert Micallef (595) u Fleur Anne Vella (439).

Dalli kienet irċeviet l-akbar numru ta’ voti – 63,438 – f’elezzjoni fejn il-kwota kienet ta’ 37,174.

Il-voti addizjonali ġew distribwuiti fit-tieni għadd, u anke hawn l-aktar li kien wiret voti fost l-10 kandidati Laburisti li ma telgħux kien Cyrus Engerer (2,200 vot).