Filmat: Titħabbar elezzjoni għat-8 ta’ Ġunju

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=aw23OrlMvxI]

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May ħabbret pjan biex issejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija.
Ħabbret li l-elezzjoni se ssir fit-8 ta’ Ġunju.
Sal-lum l-uffiċċju tagħha dejjem ċaħad li se jsejjaħ elezzjoni qabel dik li suppost kien imiss fl-2020.
L-att tal-Parlament Ingliż jgħid li elezzjoni ġenerali għandha tissejjaħ fl-ewwel Ħamis ta’ Mejju kull ħames snin.
May tista' ssejjaħ elezzjoni biss jekk żewġ terzi tal-Ministri Parlamentari jivvutaw favur il-mozzjoni.
Il-kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn qal li jappoġġja din il-mossa politika.
"Theresa May sejjħet elezzjoni bl-għan li teqred l-oppożizzjoni" – Nicola Sturgeon
Waqt konferenza stampa b'reazzjoni, l-Ministru Ewlieni tal-Iskozja Nicola Sturgeon qalet li Theresa May sejjħet elezzjoni għal Ġunju li ġej bl-għan li teqred l-oppożizzjoni.
Hi sostniet li din l-elezzjoni mhix se ssir fl-interess tal-Iskozja u li l-għan ta' din l-elezzjoni se jkun biex jekk tirbaħ May ikollha kontroll assolut.