Titfaċċa platform quddiem bar f’San Ġiljan

F’San Ġiljan tfaċċat platform quddiem bar fi Triq San Ġorġ propju fuq żona tal-Loading u Unloading.
Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan qal li s-sid tal-platform għandu l-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Artijiet, iżda li l-Kunsill qed joġġezzjona dan kollu kategorikament.

Il-platform li hi wiesgħa tliet metri, jidher li tista tkun ta’ ostaklu minħabba li t-triq fiha biss żewġ karreġġjati.
Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista, Karl Gouder, ħalla messaġġ fuq Facebook bħala sapport għall-oġġezzjonijiet tal-Kunsill Lokali fuq dan il-proġett.

Newsbook.com.mt ikkuntattja lill-Awtorità tal-Ippjanar għal aktar kjarifiki.