Tieħu ritratt tan-neputija f’dixx tal-patata…u jżuruha l-pulizija

Ħafna ġenituri u nanniet iħobbu jaqsmu ritratti tat-tfal tagħhom fuq siti soċjali, iżda kien hemm min ipprova żżejjed ikun oriġinali.
F'Kolombo f'Ohio, nanna kellha żjara mill-pulizija u mis-servizzji soċjali wara li tefgħet ritratti tan-neputija tagħha ta' ftit xhur f'dixx tal-forn mimli patata u ieħor b'gażaża f'ħalqha bit-tejp.
Xi ħbieb tagħha fuq Facebook ma fehmux li din kienet ċajta u mill-ewwel ċemplu lill-pulizija.
In-nanna, Jackie Sheaks qalet li mhix persuna ħażina kif qed ipenġuwha n-nies.
Sostniet li din kienet biss ċajta u li poġġew ir-ritratti fuq Facebook għaliex sħabha jafu x'tip ta' persuna hi.
Kompliet tgħid li issa tgħallmet li mhux kulħadd għandu sens t'umoriżmu.
Ħadd ma kien arrestat f'dan l-inċident, u t-tarbija baqgħet tgħix m'ommha.