Aġġornata: Raġel l-isptar wara li ttajjar

Raġel safa mtajjar minn karozza fi Triq il-Kosta. Ir-raġel ta’ 49 sena mill-Ingilterra u joqgħod San Pawl il-Baħar intlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 47 sena mill-Mellieħa. 

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-inċident ma’ Newsbook.com.mt. Huwa qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15pm.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.