​Tistaqsi għaliex l-NSO ma jżommx statistika dwar inċidenti ta’ ċiklisti

Il-grupp taċ-ċiklisti BAG esprima t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ statistika li tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar inċidenti tat-traffiku li jinvolvu ċiklisti.
Il-grupp qal li jista’ jikkwota biss minn statistika tal-Pulizija, li turi li kien hemm żieda marġinali fl-għadd ta’ inċidenti li jinvolvu sewwieqa bir-roti. Joħroġ ukoll li l-aktar lokalitajiet komuni għal dan it-tip ta’ inċidenti, huma Birkirkara, Msida u Ħaż-Żabbar.
Il-BAG isemmi kif is-sena l-oħra ma kien hemm l-ebda ċiklist li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku, iżda qalet li hija sorpriża kif l-NSO ma jżommx statistika dwar inċidenti taċ-ċiklisti.
Fakkar kif iċ-ċiklisti huma fost l-aktar vulnerabbli fil-proġetti li qed isiru biex it-traffiku jitmexxa aħjar.