Tista’ żżur it-torri, il-batterija u l-kappella ta’ Kemmuna ma’ HM

Jekk dejjem xtaqt iżżur Kemmuna, speċjalment il-kappella tagħha tal-Lunzjata, il-Batterija u t-Torri ta’ Santa Marija, tista’ tingħaqad ma’ Heritage Malta f’mixja li qed torganizza għas-Sibt 16 t’April.
Il-biljetti, li jiswew €20 għall-kbar u €15 għall-membri ta’ Heritage Malta, jinkisbu mis-siti u mill-mużewijiet kollha tal-aġenzija responsabbli mill-ħarsien tal-patrimonju Malti.
Jinkludu l-vjaġġ bid-dgħajsa u d-daħla fit-torri.
Heritage Malta spjegat li Kemmuna, minkejja ċ-ċokon tagħha, tostor fatti interessanti speċjalment dawk li għandhom x’jaqsmu mal-wirt kulturali Malti. 
Ritratt: Mario Casha Photography