Tista’ żżid fil-piż bl-ilma bil-gass?

Jekk qed tipprova tonqos mill-piż jew sempliċiment iżżomm il-piż kostanti, wisprobabbli taf li dak li tixrob huwa importanti daqskemm hu mportanti ta’ x’tiekol. M’hemmx bżonn wisq għerf biex tirrealizza li jekk taqta’ l-lumminati tkun qed tnaqqas ħafna mill-ammont ta’ zokkor. Iżda wieħed jista’ jassumi li l-ilma bil-gass jista’ jinxtorob minflok dawn ix-xarbiet. Sfortunatament dan mhux dejjem ikun il-każ għaliex jaf ikollu miżjud miegħu xi sostitut li b’mod indirett ikun qed jgħin biex iżżid fil-piż.

Biex inkunu ċari, li tixrob ħafna ilma huwa importanti għax jgħinek iżżomm il-livell tal-enerġija għolja filwaqt li jgħin fid-diġestjoni tal-ikel. L-ilma bil-gass jista’ xorta waħda jżommok idrata u jgħinek iżżomm dieta bbilanċjata diment li ma jkollux zokkor miżjud miegħu.