Tista’ tkun parti minn produzzjoni Amerikana: ara kif

Read in English.

Jekk dejjem kellek l-imħabba lejn il-films jew dejjem ħlomt li taħdem f’film, din hi l-opportunità għalik. Brenda Camilleri qed tagħmel sejħa għal persuni minn Għawdex biex jieħdu sehem fi produzzjoni Amerikana.

Fuq il-paġna tagħha Camilleri qalet li kull min hu interessat irid ikun disponibbli li jattendi nhar it-30 u l-31 ta’ Ottubru. Il-partijiet huma miftuħa għal persuni bejn is-sitt snin u l-mitt sena. L-aqwa li kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa jkollhom xagħrhom twil u skur.