Filmat: Tista’ tixtri parti mill-għamara tar-Reġina

Read in English.

Għamara tas-seklu 17, fajjenza u pittura ta’ Mattia Preti li kienu tar-Reġina Elizabetta se jinbiegħu f’irkant li qed isir illum u għada ġewwa Villa Gwardamangia, ir-residenza tar-reġina waqt li kienet tgħix Malta.

Ir-reġina għexet fid-dar mal-Prinċep Philip bejn l-1949 u 1951 u din kienet l-unika dar li għexet fiha r-Reġina barra l-Ingilterra.

Fost l-affarijiet għall-bejgħ, wieħed jista’ jsib pittura ta’ Girolamo Gianni dwar l-Imdina li tinsab fi gwarniċ tad-deheb (valur ta’ €3200-€3600), librerija tal-kewba (€260-€320), arloġġ tal-Lira (€3200-€3600), pjanu fil-frame tal-ħadid ta’ Carl Wagner, kanun seklu 19 (€740-€900) u pittura ta’ San Ġużepp magħmula minn Mattia Preti. Mhux magħruf jekk dawn l-affarijiet kinux jintużaw mir-Reġina.

Id-dar innifisha bħalissa tinsab għall-bejgħ għal prezz ta’ €6.5 miljun.

L-irkant qed ikun organizzat minn Belgravia Auction Gallery bejn illum il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru fis-2.30pm u s-Sibt 14 ta’ Settembru fl-10am.