B’€1 tista’ tixtri dar fi Sqallija

Villaġġ żgħir fi Sqallija poġġa 500 propjetà għal bejgħ għal €1 ‘l waħda. Però, min jixtri propjetà irid jirrenovaha fi 3 snin inkella jitlef d-depożitu tiegħu, li hu ta’ madwar €7,000.

Mussomeli fi Sqallija poġġiet 100 propjetà għall-bejgħ, u mistennija tpoġġi 400 oħra. Għalkemm il-propjetajiet huma żgħar, ħafna joffru iżjed minn kamra tas-sodda waħda, u għandhom veduti sbieħ tal-kampanja Taljana.

Biex tirrestawra dar ġiet ikkalkulata li tiswik daqs €100 għal kull pied kwadru, flimkien ma’ spejjeż oħra ta’ madwar €5,000. Hemm ukoll arkitetturi u enġiniera lokali biex jgħinu fix-xogħlijiet, iżda min jixtri għandu l-għażla li jagħżel lil nies oħra jekk jippreferi hekk.

Mussomeli, li huwa sagħtejn ‘l bogħod minn Palermo, għandu fdalijiet Biżantini, kastell mill-medju evu, kif ukoll knejjes żgħar antiki.

Jekk forsi tinteressa ruħek, agħfas hawn.