Tista’ tivvota għar-ristoranti favoriti u tirbaħ rigal

Matul Settembru se jsir l-istħarriġ ta’ The Definitive(ly) Good Guide fuq www.restaurantsmalta.com għall-aqwa 150 ristorant f’Malta u Għawdex.
Kull min għandu għal-qalbu l-ikel u r-ristoranti jista jidħol fis-sit u jivvota għal dawk ir-ristoranti kollha li jkun żar tul is-sena. 
Il-votazzjoni ssir bejn l-1 u t-30 ta’ Settembru fuq www.restaurantsmalta.com billi tagħti punti mill-1 sal-10 lir-ristoranti li żort u tirrispondi għal domandi addizzjonali biex tagħti kontribut lil dawk ir-ristoranti li veru ħaqqhom ikunu ppremjati.
Min jivvota jista’ jirbaħ:
Żewġt iljieli fil-lukana Westin Dragonara
Siegħa fil-Hummer Limousine ta’ Route 66
Set ta’ €300 ta’ l-inbid tal-ġilda minn Dical House, Fine Foods & Wellbeing
Vawċer ta’ €100 imbejjed tal-Mirachem Ltd
Vawċer ta’ €100 oġġetti tal-ħġieġ tal-kumpanija prestiġġjuża Riedel
Il-premijiet lir-ristoranti favoriti jingħataw f’Diċembru.
Din hi t-tmintax-il edizzjoni tal-gwida The Definitive(ly) Good Guide to Restaurants in Malta & Gozo tal-2018.