Tista’ tingħaqad mal-kamra tal-aħbarijiet tal-MCAST

Permezz tal-kors B.A. (Hons) fil-Ġurnaliżmu offrut mill-MCAST, l-istudenti se jingħaqdu mal-kamra tal-aħbarijiet ġdida li qed titlesta għalihom. L-MCAST ħabbar li qed jinvesti f’faċilitajiet moderni u sofistikati.
Sal-bidu tas-sena skolastika f’Ottubru se jitlesta studjow ġurnalistiku b’aċċess għal apparat tat-televixin u r-radju. L-istudenti se jkollhom spazju dedikat biex jippjanaw, jiżviluppaw, jipproduċu u jxandru l-kontenut fil-midja u l-pubblikazzjonijiet.
Fl-ewwel sena tal-kors, l-istudenti kellhom esperjenza mal-PBS waqt il-Junior Eurovision kif ukoll waqt il-Presidenza Ewropea ta’ Malta. Tista’ tara x-xogħol tal-istudenti hawnhekk
Il-kandidati interessati f’dan il-kors għandhom japplikaw bejn is-7 u l-14 ta’ Settembru. Għal iktar dettalji tista’ tibgħat imejl fuq career.guidance@mcast.edu.mt jew tista’ ċċempel fuq 23987135.