Tista’ tiltaqa’ mal-Ispiker qabel is-sena l-ġdida

Dawk l-għaqdiet jew membri tal-pubbliku li jixtiequ jiltaqgħu mal-Ispiker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia qabel is-Sena l-Ġdida jistgħu jirreġistraw biex jagħmlu dan.
Fi stqarrija, l-Ispiker qal li nhar l-Erbgħa 27 ta’ Diċembru, fil-bini tal-Parlament, se jkun qed jilqa’ u jagħti l-awguri għas-sena l-ġdida lill-mexxejja u lill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u lill-korpi kostitwiti. Se jkun qed isir ukoll bdil ta’ awguri ma’ għaqdiet kif ukoll mal-membri tal-pubbliku.
Dawk li jixtiequ jattendu huma mitluba jirreġistraw l-interess tagħhom billi jċemplu fuq 25596294 fil-ħinijiet tal-uffiċċju.