Read in English.
L-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin (MBA) qed tavża li min ikun liebes maskra se jintalab ineħħiha temporanjament fil-fergħat tal-banek, minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
Fi stqarrija, l-MBA spjegat li wara diskussjonijiet li kellha mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, qed jiġi rrakkomandat l-użu ta’ viżiera (visor). Fissret li dan minħabba li din il-miżura ttaffi t-tħassib kemm mill-perspettiva tas-saħħa kif ukoll dik ta’ sigurtà.
L-Assoċjazzjoni saħqet li r-raġunijiet dwar it-tneħħija tal-maskri huma:
- li jiġi żgurat li s-sistemi ta’ CCTV użati mill-banek jidentifikaw b’mod xieraq il-klijenti kollha
- It-talba minn kaxxier jew uffiċjal tal-bank sabiex tidentifika kwalunkwe persuna li titlob servizz bankarju
L-MBA sostniet li dawn il-miżuri dejjem kienu fis-seħħ, speċjalment dwar kwalunkwe headgear li jintlibes minn persuni li jidħlu fil-fergħat tal-banek.
Fakkret li hemm diversi mezzi alternattivi li huma disponibbli biex il-kljenti jinqdew u kif huma riklamati fuq il-websajts tal-membri tagħha.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.