Tista’ tibqa’ tuża WhatsApp skont kemm għandek żmien

Is-servizz tal-WhatsApp fl-Ewropa mhux se jibqa’ aċċessibbli għal dawk li għandhom inqas minn 16-il sena.
Bħalissa, l-età minima hija 13-il sena, iżda l-kumpanija qed tibdel ir-regoli fid-dawl tal-introduzzjoni ta’ regolamenti ġodda ta’ privatezza tad-data fl-Unjoni Ewropea (GDPR) fil-25 ta’ Mejju li ġej.
L-app, li hija ta’ Facebook, se titlob lil dawk li jużaw WhatsApp biex jikkonfermaw l-età tagħhom. Dan hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin, l-utenti se jintalbu jaqblu mat-termini ġodda tas-servizz biex ikunu jistgħu jibqgħu jużawh. Madanakollu, għadu mhux magħruf kif se tiġi infruzata din il-miżura.
Bħalissa, WhatsApp ma jitlobx l-età u lanqas iqabbel id-dettalji mal-profili ta’ Facebook jew Instagram.  
Fir-Renju Unit, terz tat-tfal ta’ bejn it-12 u l-15-il sena jużaw WhatsApp.
Il-bqija tad-dinja mhux se tiġi affettwata bit-tibdiliet.