Tista’ tħallas it-taxxa għand tal-posta

Mil-lum, it-taxxa fuq id-dħul u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jistgħu jitħallsu f’kull fergħa postali f’Malta u Għawdex.
Fi stqarrija tal-MaltaPost, ġie spjegat li l-pagamenti jistgħu isiru b’ċekk jew bi flus kontanti għal dawn:

  • Provisional Tax/Social Security Contributions
  • Income Tax Return and Self Assessment (Tax Arrears)
  • Part-Time Self-employed Income Tax
  • Part-Time Employment Income Tax
  • Final Settlement System (FSS) Income Tax
  • 15% Tax on Rental Income

MaltaPost diġà toffri servizz ta’ ħlas ta’ kontijiet tal-ARMS, tal-GO, tal-Melita, tad-Dipartiment tal-VAT, MEPA , Eco Tax, Sky Telecom, u liċenzji tal-MCA .  
Iktar dettalji fuq www.maltapost.com.