Tista’ tgħinhom jerġgħu jibnu l-ħajt?

Ritratti li qed iduru fuq il-midja soċjali qed juru ħajt tas-sejjieħ imġarraf fil-kunvent tas-sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesù fin-Nigret.
Bosta qed jappellaw sabiex min jista’ jagħti l-għajnuna lis-sorijiet, u possibli li jagħmel dan b’mod volontarju, jgħin sabiex jerġa’ jinbena l-ħajt malajr kemm jista’ jkun.
Inti lest tagħti l-għajnuna lil dawn is-sorijiet? Jekk iva, ċempel fuq 2164 0391.
Ritratt: Natius Farrugia