​Tista’ tgħin lit-tfal billi tattendi dan il-kunċert

Din is-sena, il-kunċert ta’ Strummin’ se jsir b’risq il-Fondazzjoni Strummin’ li qed taspira li tkun tista’ tipprovdi spazju sigur għat-tfal u persuni oħra li ġejjin minn ambjent diffiċli.
Il-fondazzjoni beħsiebha tagħmel dan permezz ta’ lezzjonijiet tal-kitarra b’xejn lil dawn il-persuni.
Newsbook.com.mt għamel kollegament live waqt wieħed mir-rehearsals ta’ dan il-grupp li qed iħejji għall-kunċert Strummin’ Sweet 16 li se jsir fl-20 u fil-21 ta’ Ottubru.
Fil-kunċert ta’ din is-sena, se jkunu qed jieħdu sehem 120 persuna fl-ispettaklu.
Matul l-aħħar 15-il sena, Strummin’ irnexxielha tiġbor fondi għall-Puttinu Cares, il-Malta Community Chest Fund, u Dr Klown fost l-oħrajn.
Għal aktar informazzjoni, agħfas hawn.

Ritratti: Strummin'