Tista’ tgħin biex tinstab din il-karozza misruqa

Appell għall-pubbliku biex jgħin li tinstab karozza li nsterqet minn Birkirkara.
Il-Pulizija ikkonfermat ma' Newsbook.com.mt li karozza
nsterqet minn Triq Dun Filippu nhar it-23 ta’ Frar.
Sid il-karozza, li tkellem ma’ Newsbook.com.mt, spjega kif l-aħħar darba li ra l-karozza tal-għamla Toyota Tercel, bin-numru tal-pjanċa EBH616, kienet il-ġurnata ta’ qabel meta pparkjaha fit-triq.
Hu ttawwal mill-gallerija tar-residenza tiegħu għal-ħabta tas-6:30am fejn qal li sa dak il-ħin il-karozza kienet għadha pparkjata fejn ħalliha l-ġurnata ta’ qabel.
Madanakollu, meta l-mara tiegħu marret sabiex tuża l-karozza biex tmur għax-xogħol, għall-ħabta ta’ 6:45am, il-karozza ma’ kinitx għadha hemm.

Xerred dan ir-ritratt biex jinqabad il-ħalliel.