Daqshekk uġigħ ta’ ras biex tgħaddi minn Ħaż-Żebbuġ

Arkivji

It-triq ta’ Ħaż-Żebbuġ issa infetħet hekk kif spiċċaw ix-xogħlijiet fit-triq. Dan wara li kienet magħluqa minħabba x-xogħlijiet ta’ twessigħ u tal-bini mill-ġdid tar-roundabouts tal-Bieb ta’ De Rohan u tal-iskola St Dorothy’s. 

Maltese Road Traffic Updates ħabbru li Triq l-Imdina, kemm direzzjoni Żebbuġ, kif ukoll direzzjoni Qormi, issa reġgħet miftuħa.

 

Newsbook.com.mt kienu tkellmu ma’ Infrastructure Malta l-ġimgħa l-oħra, fejn qalu li l-proġett kien jinstab fl-aħħar fażijiet tiegħu. Newsbook.com.mt kienu staqsew wkoll dwar ġiebja li kienet instabu waqt xogħolijiet biswit ir-roundabout tal-Bieb ta de Rohan, u l-aġenzija saħqet li dawn ġew irranġata b’saqaf ġdid u aktar b’saħħtu biex jifilħu għat-triq li għaddejja minn fuqhom.