Tista’ terġa’ tgħum fil-bajja tax-Xemxija

Iż-żona tal-għawm fix-Xemxija fejn nhar il-Ġimgħa żbroffa xi drenaġġ hija mill-ġdid tajba għall-għawm.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qal fi stqarrija li rtira l-avviż kontra l-għawm fiż-żona ta’ ħdejn is-slipway ħdejn il-boathouses ftit ’l isfel minn lukanda.
Id-Direttorat qal li ttieħdu xi kampjuni sabiex jiġi kkonfermat li m’għadx hemm periklu.
Għal aktar informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 jew jibgħat fuq mhi@gov.mt
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat f’Santa Venera.
Wieħed jista’ wkoll iżur il-paġna tal-Facebook tad-Direttorat.