Tista’ terġa tgħum fi Qui-Si-Sana

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qal li l-avviż biex ma jsirx għawm fiż-żona ta’ Qui-Si-Sana f’Tas-Sliema qed ikun irtirat.

Id-Direttorat ħa diversi kampjuni tal-ilma baħar tul l-aħħar jiem u jirriżulta li l-kwalità tal-ilma hi tajba għall-għawm.