Tista’ tara waħda mill-aħħar xogħlijiet tal-artist Salvu Bonello

Aktarx l-aħħar statwa li kien qed jaħdem l-istatwarju Salvu Bonello se tkun esebita fil-wirja Ġrajjiet il-Fidwa.
Bonello beda jaħdem Irxoxt imma ma lestihiex għax laħaq miet f'Lulju,2014.
Din l-istatwa se tiġi armata f'wirja li se tkuna rmata fl-Isla fil-bini tal-Kunsill Lokali li jinsab fi triq San Ġużepp. 
Il-wirja tinkonsisti wkoll diversi oġġetti sagri u settijiet ta' vari.
Wieħed jista' jara wkoll minjatura tal-aħħar Ċena u tal-Kurċifiss tal-Knisja ta' Ġieżu. 
Din il-wirja se tkun miftuħa mil-lum sal-Ġimgħa l-Kbira.
L-istess grupp se jtella' wirja oħra f'Ħaż-Żabbar fejn l-istitut ta' San Ġużepp.
Din il-wirja li se tinfetaħ nhar is-Sibt li ġej tikkonsisti f'sett vari ta' Spanja u esebizzjoni ta' 150 santa tal-Passjoni.
Il-wirja tagħlaq nhar Sibt il-Għid.