Tista’ tara iżda ma tistax tmiss; Trump kiser il-Protokol Irjali

Il-President Amerikan Donald Trump għandu mnejn li kiser il-protokol irjali nhar it-Tnejn li għadda meta jidher li mess dahar ir-Reġina Eliżabetta waqt l-ikla statali li saret għaż-żjara tiegħu.

Il-protokol irjali jiddetta li ħadd m’għandu jmiss ir-Reġina sakemm ma tkunx hi li toffri jdejha l-ewwel.

Din mhux l-ewwel darba li din ir-regola nkisret u fil-fatt 10 snin ilu meta kienet qed iżżur ir-Renju Unit, il-First lady Amerikana Michelle Obama kienet marret fuq ir-Reġina u għannqitha magħha.

Dakinhar donnu li r-Reġina Eliżabetta  għalqet għajnejha għal dan l-inċident ġenwin tant li rritornat l-azzjoni.

Iżda mhux qed jingħad li għamlet l-istess meta Trump deher imissilha daharha nhar it-Tnejn li għadda.