Tista’ taqla’ ċitazzjoni jekk tħalli l-karozza hekk

Jekk forsi taħseb li jekk tinsa l-karozza tiegħek miftuħa meta ma tkunx okkupata se tgħaddija lixxa, tista’ tinsa.

Wara lmenti onlajn minn persuni li qalgħu ċitazzjoni wara li ħallew il-karozza miftuħa, Newsbook.com.mt għamel kuntatt mal-Aġenzija LESA.  Kelliema għall-Anġenzija spjegat li l-kontravenzjoni hija “li sewwieq iħalli vettura mingħajr superviżjoni u mingħajr ma tittieħed il-prekawzjoni neċessarja li twaqqaf terza persuna milli tneħħi l-vettura fl-assenza tas-sid.”

Mistoqsija dwar l-ammont taċ-ċitazzjoni li wieħed jeħel meta jinqabad jikser din il-kontravenzjoni, il-kelliema spjegat li hija ta’ €23.29.