Tista’ tapplika għar-raba’ konferenza tal-V18 li se ssir f’Novembru

Infetħu r-reġistrazzjonijiet għar-raba’ edizzjoni tal-konferenza annwali tal-Valletta 2018. It-tema tal-konferenza se jkun id-diplomazija fil-kultura, l-iżvilupp urban u l-ħarsien tal-komunitajiet.
Se jkun hemm diversi kelliema u akkademiċi li huma esperti f’dawn l-oqsma.
Il-konferenza se ssir bejn it-22 u l-24 ta’ Novembru, u kull min huwa interessat jista’ japplika minn dan is-sit.