Tista’ ssiefer bi prezzijiet orħos

Għal dan ix-xahar Emirates qed toffri skontijiet speċjali għall-Klassi tal-Ekonomija lejn 36 destinazzjoni fil-Lvant Nofsani, Lvant Imbiegħed, Lbiċ tal-Asja, l-Afrika u l-Awstralja.
Fi stqarrija, Emirates qalet li għall-perjodu limitat, il-prezzijiet tal-Klassi Ekonomija minn Malta, bit-taxxi inklużi, jibdew minn €644 kull persuna għal Dubaj, €681 għal Shanghai, €749 lejn Johannesburg, €753 għal Bangkok, €851 lejn Haneda jew Narita fil-Ġappun, u €1,339 għal Melbourne.
Bliet oħra inklużi f’din l-offerta hemm Akkra, Auckland, Bali, Bangalor, Bejġing, Cape Town, Christchurch, Kolombo, Deli, Doħa, Gwangzu, Ħanoj, il-belt ta’ Ho Chi Minh, Ħong Kong, Ġakarta, Najrobi, Kuala Lumpur, il-Kuwajt, Maldivi, Manila, Mauritius, Muskat, Mumbaj, Jangon, Phuket, Singapor, Seul, Sydney, u Tajwan.
Wieħed jista’ jibbukkja u jixtri l-biljetti tal-ajru sat-30 ta’ Ġunju li jkunu validi għal tluq mill-lum sal-31 ta’ Marzu 2018.
Id-dati ta’ tluq li jaqgħu nhar ta’ Ġimgħa u s-Sibt ikollhom suppliment ta’ €20 fuq il-prezz.