Tista’ ssiefer b’€20

Għall-Għid ir-Ryanair qed tagħti roħs fuq it-titjiriet fl-Ewropa għal April u Mejju.
Ryanair qed tbigħ diversi postijiet b’€19.99 għal aktar minn 900 rotta.
Fi stqarrija, ir-Ryanair qalet l-aktar titjiriet popolari għal dan l-Għid huma Barcelona, Faro Krakova u Ruma.
Wieħed jista’ jaqta’ biljetti b’dan il-prezz sa nhar it-Tlieta li ġej qabel nofsillejl.