Tissokta t-tfittxija għall-kowċ ta’ Everton

Wara t-tkeċċija ta’ Ronald Koeman, id-diriġenti ta’ Everton qed ifittxu kowċ ġdid. 
Skont is-sit soccernews.com, ħamsa huma l-kandidati sabiex jimlew il-post vakanti ta’ maniġer tal-klabb li jilgħab f’GoodisonPark.
Dawn huma Sean Dyche, David Unsworth, Thomas Tuchel, Carlo Ancelotti u Marco Silva.
Din il-lista hija taħlita ta’ kowċijiet ġodda u oħrajn ta’ esperjenza, u l-ogħla awtoritajiet tal-klabb minn Merseyside iridu jiddeċiedu bir-reqqa sabiex isibu kandidat ideali.
Everton xejn mhuma għaddejjin minn mument pożittiv hekk kif jinsabu t-tielet mill-aħħar fil-klassifika tal-kampjonat Ingliż.