Aġġornata (2): Jinstab il-katavru tar-raġel li għeb wara li qabeż il-baħar fl-Imtaħleb

Arkivji

Read in English.

Il-ġisem bla ħajja tar-raġel li għeb fil-baħar f’Miġra l-Ferħa fl-Imtaħleb, instab dalgħodu wara tfittxija mill-ħelikopter tal-Forzi Armati.

Waqt t-tfittxija li saret dalgħodu tul il-kosta kollha tat-Tramuntana ta’ Malta, il-Forzi Armati permezz tal-ħelikopter lemħu il-katavru tar-raġel Amerikan li nġabar mill-Patrol Boat tal-AFM u se jittella’ l-art miċ-Ċirkewwa.

Hu spiċċa l-baħar flimkien ma’ persuna oħra wara li qabżu f’ baħar qawwi.

It-tieni persuna, Portugiża ta’ 38 sena qabeż il-baħar biex tassisti lil sieħbu li sabu ruħu f’diffikulta’ biex jitla’ mill-baħar.

Il-Portugiż salva wara li ntelaq mal-kurrent u spiċċa l-Ġnejna.

Iż-żewġ persuni kienet fil-kumpanija ta’ erba’ oħra meta spiċċaw ħdejn iż-żona magħrufa bħala Blata il-Melħ meta wieħed minnhom ittenta li jinżel jgħum minkejja li kien hemm baħar qawwi.

Għat-3.30pm tal-Ħadd, il-Pulizija qalet li -katavru ġie identifikat bħala dak ta’ raġel Amerikan ta’ 34 sena min-Netherlands.