Tissokta t-tfittxija għal raġel fl-Aħrax tal-Mellieħa

AFM / Facebook

Dalgħodu għadha għaddejja t-tfittxija għal raġel li sab ruħu f’diffikultà hu u jgħum fl-Aħrax tal-Mellieħa lbieraħ.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-Forzi Armati ta’ Malta għadhom qegħdin ifittxu lir-raġel mill-Bangladesh ta’ 29 sena li għeb waqt l-għawm ilbieraħ.

It-tfittxija ilha għaddejja mil-4.30pm ilbieraħ, meta l-Pulizija rċeviet rapport li kien hemm żewġ persuni li sabu ruħhom f’diffikultà waqt l-għawm.

Iż-żewġ irġiel huma mill-Bangladesh. Ir-raġel li kien qed jakkumpanja lil dak li hu mfittex għandu 21 sena u nstab ilbieraħ stess. Ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Intant, fit-tfittxija għar-raġel ta’ 29 sena, ma kien hemm l-ebda żviluppi, skont il-Pulizija.