Tissewwa l-ħsara li saret mill-vandali f’Ħal Lija

Matul dawn il-jumejn ħaddiema tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija ħadmu biex neħħew il-ħsara li għamel xi ħadd wara li wettaq att vandalu fi ġnien pubbliku fl-istess raħal.

Grazzi lil haddiema tal-Kunsill Lokali George, Bjorn u Raymond tax-xoghol li ghamlu f'dawn il-jumejn biex gabu l-area…

Posted by Kunsill Lokali Ħal Lija on Tuesday, September 1, 2020

L-att vandalu jidher li sar bejn is-Sibt u l-Ħadd fil-ġnien pubbliku li jinsab fi Vjal Trasfigurazzjoni fejn il-vandali waddbu likwidu iswed li mill-ewwel stħarriġ jidher li kien żejt maħruq.