Aġġornata: Sajjied jitlef ħajtu wara li jaqa’ l-baħar

CMRU

Sajjied tilef ħajtu wara li waqa’ l-baħar hu u jistad fiċ-Ċirkewwa.

Fid-9.20am il-pulizija u l-ambulanzi ntalbu jmorru ċ-Ċirkewwa għax kien hemm raġel li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar. Jidher li dan waqa’ l-baħar meta kien qed jistad. Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Minkejja li l-ewwel indikazzjonijiet kienu li l-vittma kien bugħaddas, il-pulizija kkonfermaw li fil-fatt dan kien sajjied.

Is-sajjied kellu 71 sena u kien joqgħod Birkirkara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo se tmexxi inkjesta dwar il-każ.