Tissagrifika l-futur tagħha għall-imħabba ta’ bintha

Vivienne Caruana (Jessie) u Tereża Gauci (Connie)

Wara waqfa ta’ ġimgħa s-sensiela Santa Monika tkompli tixxandar mil-lejla fuq l-istazzjon Net fid-8.45pm.

Illejla naraw lil Connie tissagrifika l-futur tagħha għall-imħabba ta’ bintha.

Sa fl-aħħar jinkixef il-pjan ta’ Damian filwaqt li Cynthia tħossha aktar frustrata li ma tafx x’ar minn bintha. Joanne però tkompli bil-pjan tagħha u tiskopri fejn din tinsab.

Dawn l-episodji ta’ Santa Monika xxandru oriġinarjament fl-2004.